Mistieden speċjali, fost il-ħafna turisti li jimxu fiċ-ċentru ta’ Scanno.
Ors, iddeċieda li jġib ruħu bħal kull turist li jgħaddi miċ-ċentru tar-raħal minn ħdejn it-twieqi tal-ħwienet.
Kienu l-10pm meta xi residenti u turisti nnotaw xi ħaġa stramba fi triq ‘Via Foce’, ftit metri bogħod mill-Piazza di Scanno.
Ħafna kienu sorpriżi, oħrajn taħt xokk iżda wħud ħatfu l-opportunità li jiffilmjaw u jieħdu ritratti tax-xena tal-ors miexi fost il-ħwienet fl-Italja.
Dan l-ors saħansitra daħal f’ħanut tal-ġelati.
//= $special ?>