Internazzjonali Mużika

Placido Domingo b’akkużi ta’ fastidju sesswali

Kollegi femminili ta’ Placido Domingo qed jallegaw li t-tenur Spanjol tahom fastidju sesswali – allegazzjonijiet li hu qed jiċħad.

Il-kantanti operistiċi flimkien ma persuni oħra mix-xena tal-ispettaklu qed jallegaw li Domingo pprova jisfurzahom li jidħlu f’relazzjoni sesswali miegħu u f’xi okkażjonijiet hu saħansitra ikkastigahom meta ma aċċettawx li jagħmlu dan.

Nisa oħra li kellhom xi forma ta’ kuntatt miegħu stqarrew li l-aġir ta’ Domingo kien ipoġġihom f’sitwazzjoni skomda, kif ukoll li kemm-il darba rawh jittanta nisa ferm iżgħar minnu bla mistħija ta’ xejn.

Waħda min-nisa qalet li t-Tenur kien daħħal idejh taħt id-dublett tagħha, filwaqt li tlieta oħra akkużawh li bieshom fuq xofftejhom.

Placido Domingo għandu 78 sena.