Lokali

AĠĠORNATA: Raġel u żewġt itfal jintlaqtu minn vettura

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li hu u żewġt itfal intlaqtu minn vettura. L-inċident seħħ fi Triq il-Mosta Ħal Lija, għall-ħabta tal-4p.m. meta ir-raġel mis-Serbja ta’ 47 sena residenti l-Gżira u żewġ subien ta’ 10 snin ittajjru minn karozza tat-tip BMW misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20 sena.

It-tliet vittmi ittieħdu l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

Skont l-ewwel rapporti, jidher li r-raġel ġarrab ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li wieħed mis-subien sofra ġrieħi ta’ natura gravi u t-tifel l-ieħor ta’ għaxar snin sofra biss ġrieħi ħfief.

Minn informazzjoni li kiseb Net News, jidher li r-raġel u ż-żewġt itfal kienu mexjin fuq dik li qisha bankina żgħira ħafna li hemm fil-ġenb tat-triq meta l-karozza ssikkathom mal-ħajt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella qed tmexxi inkjesta assistita minn diversi esperti.