Sport Sport Ieħor

Rekord mill-Ukren ta’ 13-il sena Oleksii Serada

L-Ukren ta’ 13-il sena Oleksii Sereda sar l-iżgħar champion Ewropew wara li rebaħ il-midalja tad-deheb fil-10 metri platform. Sereda hu tliet xhur iżgħar minn Tom Daley meta l-Britanniku kien rebaħ l-ewwel titlu Ewropew fl-2008 fl-età ta’ 13-il sena u 10 xhur. Biex jieħdu sehem fl-Olimpjadi, dawn l-atleti jrid ikollhom 14-il sena u Sereda se jkun jista’ jipparteċipa fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla f’Tokyo għaliex jagħlaq żmienu f’Diċembru li ġej.

Tags