Internazzjonali

Riżultati tajba għal mediċini ġodda kontra l-Ebola

Tama ġdida għal dawk infettati bil-marda tal-Ebola, hekk kif pazjenti li għandhom il-marda irreaġixxew tajjeb għal żewġ mediċini ġodda maħsuba biex jiġġieldu dil-marda qerrieda.

Xjentisti qed jgħidu li minn 4 mediċini li ntużaw fuq pazjenti fir-Repubblika Demokatrika tal-Congo, tnejn minnhom kellhom riżultati pożittivi ferm.

Dawn il-mediċini issa se jkunu qed jingħataw lil persuni oħra nfettati b’din il-marda fil-Congo.

Il-mediċini jattakkaw il-virus tal-Ebola b’antibodies u b’hekk ixejnu l-effett tiegħu fuq iċ-ċelloli umani.

Tul l-aħħar sena, l-Ebola ħalliet mal-1800 persuna mejta fil-Congo.