Raġel armat ġie miżmum minn membri tal-pubbliku li kienu xhieda ta’ attakk li hu wettaq b’sikkina fuq mara fiċ-ċentru ta’ Sydney.
Wara tfittxijiet, il-pulizija ta’ din il-belt Awstraljana sabu kadavru ta’ mara oħra f’appartament fl-istess triq.
F’konferenza tal-aħbarijet li ta Mick Fuller, il-Kummissarju tal-Pulizija tal-lokal, qal li informazzjoni li għandha l-Pulizija tgħaqqad iż-żewġ inċidenti.
Fuller qal li l-persuna suspettata aġixxa waħdu u għandu storja ta’ problemi ta’ saħħa mentali. Minkejja li hu kien magħruf mal-Pulizija, qatt ma kien implikat ma’ reati daqstant gravi.
//= $special ?>