Lokali Qorti

Akkużat b’serqa vjolenti fuq anzjana fil-Belt

Unġeriż ta’ 24 sena ttella’ l-Qorti b’akkużi li kien kompliċi f’serqa li saret ġewwa dar ta’ anzjana fil-Belt Valletta l-ġimgħa li għaddiet.

Ans Ghodban qed jiġi akkużat li żamm lil mara kontra r-rieda tagħha filwaqt li kkawżala xi ġrieħi ħfief. Dan filwaqt li kien qed iżomm fuqu sikkina fil-pubblika mingħajr il-permess.

Hu wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bil-Qorti tordna li jinżamm arrestat.

Intant, ftit tal-ġranet ilu tressaq raġel ieħor b’rabta ma’ dan il-każ.