Sport Sport Ieħor

Alex Borg jilgħab għada kontra Anthony Hamilton f’Barnsley Metrodome

Il-plejer professjonali Malti Alex Borg din il-ġimgħa jkun impenjat f’logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-Kampjonat taċ-Ċina li jifforma parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association. Għada Borg jilgħab kontra l-Ingliż Anthony Hamilton f’Barnsley Metrodome fl-Ingilterra. Il-logħba tibda fit-3.30pm ħin ta’ Malta u tkun l-aħjar minn disa’ frames. Ir-rebbieħ jgħaddi għall-fażi finali li ssir fi Guangzhou fiċ-Ċina bejn it-23 d-29 ta’ Settembru li ġej.