Lokali

Anzjan ta’ 81 sena rappurtat nieqes

Romeo Delmar, anzjan ta’ 81 sena mill-Floriana huwa rapurtat nieqes.

Skont l-aħħar informazzjoni li għandna deher l-aħħar fl-akwati ta’ qrib Bieb il-Bombi, fil-Floriana fis-2pm tal-bieraħ. Huwa kien liebes flokk biċ-ċingi u beritta tax-xemx.

Kull min għandu xi informazzjoni jgħaddiha minnufih lil Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224 001 jew 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.