Lokali Qorti

Arrestat wara nagħsa fi skola u bid-droga fuqu

Drogi varji - ritratt mill-arkivji

Raġel ta’ 35 sena ttella’ l-Qorti akkużat li daħal jorqod fl-iskola primarja tal-Imsida filwaqt li kellu fil-pusses tiegħu żewġ kilogrammi droga kannabis u 160 pillola ecstasy.

Andrej Kristikjevikj mill-Montenegro għadu qed jinżamm fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin b’akkużi li d-droga ma kinux għall-użu personali tiegħu u li kkometta reat f’distanza ta’ inqas minn 100 metru minn skola.

L-iskola ilha magħluqa għal dawn l-aħħar sentejn minħabba xi xogħlijiet li qed isiru biex tiġi modernizzata.

L-akkużat wieġeb fil-Qorti li mhux ħati u baqa’ miżmum arrestat.