Internazzjonali

BREXIT: Hammond jgħid li Johnson irid Brexit mingħajr ftehim

L-eks kanċillier Philip Hammond sostna li l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qed jipprova jnaqqas il-possibiltà li jkun hemm ftehim ġdid bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.

Hammond qal li Johnson qed jagħmel talbiet li l-Unjoni Ewropea m’hi se tkun stista’ taċċetta qatt. Dan ikun ifisser li Brexit bla ftehim ikun tradiment għar-riżultat tar-referendum.

Min-naħa tiegħu Philip Hammond qal li l-Parlament Ingliż se jkun qed isemma leħnu, u Brexit bla ftehim qatt m’għandu jseħħ.