Adrian Delia permezz ta’ post fuq Facebook appella lill-Gvern biex jieqaf ikun inuman, u s-sitwazzjoni preżenti ta’ persuni li b’disprament qed jistennew l-għajnuna, tingħatlhom l-għajnuna. Fl-istess waqt sostna li l-membri stati fl-Unjoni Ewropea għandhom ukoll jerfgħu r-responsabbiltà skont kemm tassew il-pajjiż tagħhom jiflaħ.
Il-Kap tal-PN tenna li “Malta hija pajjiż żgħir, fiżikament waħda mill-aktar stati żgħar fid-dinja, u għalkemm kbar ma nistgħux nassumu r-responsabbiltà ta’ pajjiżi li huma ferm akbar minnha, meta tiġi għall-immigrazzjoni.”
Huwa qal bħalissa ħafna qed igawdu l-vaganzi tas-sajf, iżda madankollu ma nistawx ninsew id-dmir tagħna biex inħarsu lil dawk vulnerabbli fil-Baħar Mediterran.
Adrian Delia appella biex inwarbu l-populiżmu meta tidħol il-ħajja.
Fid-dawl ta’ dan kollu Adrian Delia saħaq li l-Partit Nazzjonalista lest jgħin lill-Gvern biex dan il-każ, jittieħed quddiem l-Ewropew, fejn tiġi diskussa b’serjetà din il-kriżi.
Huwa għalaq billi qal li Malta hija gżira żgħira, ejjew immexxu bl-eżempju u nqumu ‘l fuq mill-populiżmu u nagħrfu nagħtu l-ħajja umana prijorità.
Intant il-UNHCR, l-aġenzija tal-refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti appellat lill-Gvernijiet Ewropew biex jerfgħu r-responsabbiltà u jsalvaw lill-507 immigrant li jinsabu f’nofs il-Baħar Mediterran.
Hija qalet li ħafna minn dawn l-immigranti, huma persuni li qed jaħarbu minn konflitti kbar fil-Libja, u għalhekk għandhom bżonn jingħataw kull għajnuna umanitarja possibbli u kif ukoll protezzjoni.
//= $special ?>