Fl-aħħar sigħat irwiefen qawwija laqtu lill-Gzejjer Maltin hekk kif f’xi waqtiet ir-riħ qed jilħaq Forza 7.
Kelliema għall-Awtoritajiet spjegaw li numru ta’ bajjiet madwar pajjiżna qed itajru żewġ bnadar ħomor sinjal ċar ta’ periklu għall-għawwiema kawża ta’ baħar jibla’ l-art.
L-Għaqda tas-Salib l-Aħmar irrakkomandat lill-pubbliku sabiex jevita bajjiet bħall-Ġnejna, Golden Bay, Għajn Tuffieħa, Buġibba, Ta’ Sliema u San Ġiljan.
Sadanittant, kawża tar-riħ qawwi – hekk kif il-Festival SummerDaze kien ser isir fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali – issa ċċaqlaq għall-istabbiliment Numero Uno – bħala prekawzjoni u sigurtà għall-pubbliku għal-lum biss.