L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jinnota bi tħassib li tfal u adolexxenti qegħdin spiss ikunu preżenti f’postijiet ta’ divertiment intenzjonati għall-adulti, bħal bars, clubs, parties u avvenimenti oħra.
F’dawn il-postijiet, it-tfal qed ikunu esposti għall-użu tax-xorb, sigaretti u possibilment sustanzi oħra li jistgħu jagħmlulhom il-ħsara. Iktar minn hekk il-minuri qed jesperjenzaw prattiċi ta’ mġieba mhux xierqa u degradanti li tista’ tħalli impatt negattiv fuqhom bħal per eżempju konsum eċċessiv ta’ xorb u tabakk, ġlied u diżrispett lejn persuni oħra.
It-tfal għandhom dritt jitrabbew f’ambjent pożittiv. Għaldaqstant, l-Uffċċju tal-Kummissarju għatTfal, iħeġġeġ lill-ġenituri, qraba u adulti oħra fil-ħajja tat-tfal biex iħallu lit-tfal igawdu tfulithom u jipproteġuhom kif inhu xieraq.
//= $special ?>

