IRLANDA TA’ FUQ…………………… 3 MALTA……………………. 2
It-tim nazzjonali Malti sofra telfa ta’ 3-2 kontra l-Irlanda ta’ Fuq fl-ewwel logħba mill-UEFA Youth Development Tournament li qed jintlagħab f’Wales. Din hi l-ewwel esperjenza f’dan il-livell għal dawn iż-żgħażagħ biex jgħollu l-livell tagħhom.
L-Irlanda ta’ Fuq fetħet l-iskor fl-ewwel taqsima mill-captain Ruairi McConville iżda kmieni fit-tieni taqsima Lucas Caruana ġab id-draw. Iżda ż-żewġ sostituti Mitchell Waterson u Chris Cope għamlu l-iskor 3-1 favur l-Irlandiżi. Iż-żgħażagħ Maltin baqgħu jissieltu u għaxar minuti mit-tmiem naqqsu d-distakk minn Ensell Attard.
It-tim Malti jilgħab it-tieni logħba għada kontra Ċipru f’Colliers Park f’Wrexham fl-4.00pm ħin ta’ Malta.
//= $special ?>