Internazzjonali

Jerġgħu jibdew joperaw it-titjiriet

Dalgħodu, l-ajruport ta’ Hong Kong kompla bit-titjiriet tiegħu wara li l-lejl kien karatterizzat minn ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija.

Ilbieraħ tħassru mijiet ta’ titjiriet wara li d-dimostranti daħlu fil-binjiet tat-terminal.

Kmieni dalgħodu, it-titjiriet dehru li kienu qed joperaw kif suppost, għalkemm kien hemm xi wħud minnhom li xorta kellhom jiġu kkanċellati jew damu biex telqu.