Internazzjonali

Jidentifikaw il-katavru ta’ binthom li għebet waqt li kienu fuq btala

Il-ġenituri ta’ Nora Quoirin ikkonfermaw li l-katavru li nstab fil-Malasja huwa dak ta’ binthom li kienet irrapportata nieqsa.

Nora, tfajla bi bżonnijiet speċjali ta’ 15-il sena, kienet fuq btala mal-familja meta għebet mill-kamra tagħha fejn kienu qed joqogħdu fl-4 ta’ Awwissu li għadda.

Sar magħruf li llum se ssir l-awtopsja fuq il-katavru ta’ din it-tfajla. Fi tfittxija fil-foresta qrib ir-resort ħadu sehem mat-350 persuna.

Il-katavru bla ħwejjeġ ta’ Nora, instab qrib nixxiegħa, maż-żewġ kilometri ‘l bogħod minn Dusun – ir-resort fejn kienu qed joqogħdu waqt li kienu fuq btala.