Lokali

Raġel jinstab mejjet wara li kien rappurtat nieqes

Wara li aktar kmieni matul il-jum dan is-sit kien irraporta li kien hemm persuna rappurtata nieqsa, għall-ħabta tal-erbgħa u ħamsa ta’ waranofsinhar, il-Pulizija kkonfermat li nstab raġel mejjet mal-art fil-limiti tat-Triq Nazzjonali l-Blata l-Bajda.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-persuna kien Romeo Delmar ta’ 81 sena residenti l-Floriana.

Membri miċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana ġew imsejħa fuq il-post, fejn sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Persuni li tkellmu magħna ddeskrivew lil Romero bħala persuna li jħobb il-familja u l-lokalità tal-Furjana… umli, ċajtier u ġentlom.