L-attakkant Federico Falcone hu mistenni li jirritorna jilgħab fil-Kampjonat Premier hekk kif hemm ċans kbir li jingħaqad ma’ Birkirkara. Falcone se jkun qed jasal f’pajjiżna din il-ġimgħa u għalkemm kien iddikjara ma’ Replay li kien qed jittama li jirċievi offerta mingħand Valletta, dan ma seħħx.
Birkirkara jidher li urew interess fil-plejer, bl-Arġentin jidher li jixtieq jirritorna f’pajjiżna anki għaliex sab il-ħajja f’pajjiżna aktar komda minn pajjiżi oħra. B’hekk huma jidhru l-aktar fil-vantaġġ li jiksbu l-firma tiegħu għalkemm kien hemm klabb ieħor mill-Kampjonat Premier li wera interess fil-plejer.
Jekk dan it-trasferiment iseħħ, Falcone jsir id-disa’ akkwist ta’ Birkirkara f’dan is-suq tat-trasferimenti wara Enrico Pepe, Miguel Alba, Roderick Briffa, Isaac Ntow, Nicky Vella, Renato Goncalves de Lima, Yannick Yankam u Tarabai. Dan minbarra li Michael Mifsud reġa’ ffirma kuntratt ta’ sena.
Falcone kien inġieb f’pajjiżna minn Valletta fl-istaġun 2015/16 u kien strumentali biex f’dak l-istaġun il-Beltin rebħu l-kampjonat. F’dak l-istaġun hu kien spiċċa t-tieni fil-klassifika tal-aqwa skorers b’16-il gowl. Fl-istaġun ta’ wara, Falcone ma kienx fl-istess forma u kien ħalla l-klabb f’Jannar b’ħames gowls skorjati sa dak iż-żmien.
//= $special ?>