Kunsilli Lokali Lokali

Ian Borg ifarfar fuq Infrastructure Malta

Il-Ministru Ian Borg farfar kollox fuq Infrastructure Malta.

Dan hekk kif l-għaqda ambjentali Save Sta Luċija Open Spaces Network żvelaw li rapreżentanti tagħhom kellhom laqgħa mal-Ministru fejn preżentawlu pjanijiet u kunċetti ġodda bħala disinn alternattiv għal proġett tat-Triq tal-Barrani u d-daħla lejn Santa Luċija.

Fil-proposti preżentati nsibu mina taħt l-art li tgħaqqad l-entratura għal Tal-Barrani direzzjoni lejn id-daħla ta’ Santa Luċija. Dan ifisser li t-toroq awżiljarji biswit ir-roundabout tal-lokal jispiċċaw fuq l-imsemmija mina. Għaldaqstant l-għaqda kompliet tispjega li b’dan il-mod il-green area riservata għall-jogging ma tintmesx – l-istess zona li l-Gvern irid jeqred 3 snin wara li fetaħha.

L-għaqda sostniet li l-Ministru sema x’kellhom xi jgħidu u għadda l-proposti lil Infrastructure Malta. Għaldaqstant ħeġġet lill-kumpanija governattiva sabiex tati każ il-proposti bil-għan li filwaqt li nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna, tittaffa wkoll il-konġestjoni tat-traffiku.

Ta’ min wieħed jinnota biss però li l-permessi għal dan il-proġett diġà ħarġu u x-xogħol jista’ jingħata bidu kif skedat xorta waħda.