Sport Sport Ieħor

Il-klabb tal-Mosta jorganizza l-attività annwali ta’ Santa Marija

Nazzareno Vassallo jippreżenta t-trofew lir-rebbieħ tal-Kategorija Elite Pierre Borg

Fl-aħħar jiem, il-klabb tal-Mosta organizza l-avveniment annwali Santa Marija Sprints, attività li tifforma parti miċ-ċelebrazzjoni annwali tal-festa Mostija. Triq il-Kungress Ewkaristiku kienet magħluqa għat-traffiku, bl-avveniment jilqa’ wkoll numru ta’ ċiklisti barranin li kienu jinsabu għal vaganza f’pajjiżna.

It-tlielaq tal-kategorija Open kien popolari kemm fil-kategoriji tal-irġiel kif ukoll tan-nisa. L-isprints spiċċaw bil-kategorija Elite li segwit dik tal-Juniors, żewġ tlielaq li ntrebħu minn ċiklisti tal-klabb Mosti. Il-premijiet tqassmu mill-President tal-klabb, il-veteran John Magri. L-Arċipriet tal-Mosta Fr. Bastjan Caruana bierek il-parteċipanti u r-roti filwaqt li Nazzareno Vassallo li hu wieħed mis-sostenituri prinċipali tal-avveniment, ippreżenta lir-rebbieħa bit-trofej kommemorattivi.

Pierre Borg, Joseph Seychell u Martina Pizzuto rebħu l-kategoriji Elite, tal-irġiel u tan-nisa rispettivament. Emmanuel Camilleri u Brian Rogers spiċċaw l-ewwel fiż-żewġ kategoriji tal-Masters u Sean Enriquez rebaħ il-kategorija tal-Juniors. Keith Sultana, Adam Camilleri u Christina Spiteri rebħu l-kategoriji ta’ taħt it-12 u l-14-il sena filwaqt li Darren Sultana u Brandon Sultana rebħu l-kategoriji ta’ taħt is-16 u t-23 sena.