Id-devozzjoni lejn it-tlugh is-sema ta’ Marija Assunta hija wahda ta’ għeruq sodi u antiki f’Malta.
Fost bosta lokalitajiet fil-gżejjer Maltin li fihom tiġi ċelebrata din il-festa… fil-Basilika tal-Mosta llum saret konċelebrazzjoni pontifikali mmexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons Arċisqof Charles Scicluna.
Fl-omelija tiegħu qal li meta jħares lejn il-gżejjer tagħna jifhem kemm missirijietna kellhom għal qalbhom din il-festa… festa li żżejen il-ġżejjer Maltin.
Hu fakkar li f’din il-ġurnata jiġi ċelebrat il-kapolavur tal-ħniena t’Alla… inħarsu lejn Santa Marija, naraw u nsibu t-tama.
Fl-aħħar tal-omelija flimkien ma’ dawn kollha li attendew għal din il-quddiesa speċjali qal it-talba tas-Salve Reġina filwaqt li temm il-kelmtejn tiegħu bi frażi li ntlaqat minn ħafna ċapċip; Viva Santa Marija.
Fl-ahhar tal-quddies, li għaliha kienu preżenti, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, bosta deputati u kunsillera tal-Partit Nazzjonalista, l-Arċisqof Scicluna ingħaqad f’mument ta talb u ħeġġeġ l-awtoritajiet biex ikunu umani f’dak li qed jiġri bħalissa f’nofs ta baħar rigward l-immigranti.
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fl-omelija waqt il-quddiesa fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria qal li għalina l-Insara, l-Għid tal-Assunta huwa festa singulari… Mhux ta’ b’xejn li l-kotra jagħmlu shut down, iwaqqfu r-rutina tal-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum biex jistrieħu u jieħdu r-ruħ – qal Mons. Grech.Hu kompla jgħid li jixtieq li Santa Marija, barra li tkun mument ta’ vaganza, tkun ukoll okkażjoni biex nieqfu nirriflettu dwar kif nistgħu ntejbu l-livell tal-ħajja tagħna.
//= $special ?>