Lokali

Ingliż fil-perklu tal-mewt wara li waqa’ 4 sulari minn gallarija ta’ lukanda

Ingliż ta 45 sena ittieħed b’urġenza l-isptar Mater Dei wara li dal-lejl waqa’ 4 sulari minn galllarija ta’ lukanda fil-limiti tal-Marfa, l-Mellieħa.

Kmieni filgħodu, għall-ħabta tas-1.00am, il-Pulizija ġew infurmati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li kienet għadha kemm weġġgħet persuna wara li waqa’ minn gallarija ta’ lukanda.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn investigazzjoni preliminari rriżulta, li l-Ingliż ta’ 45 sena kien waqa’ minn gallarija li tinsab fir-raba’ sular.

Fuq il-post issejjħet l-ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.