Internazzjonali

Inżul ta’ emerġenza bil-magni mitfija u bla roti

Ritratt: New York Times

Ajruplan tal-passiġġieri Russu għamel inżul ta’ emerġenza f’għalqa tal-qamħirrun qrib Moska wara li ntlaqat minn qata għasafar.

23 persuna weġġgħu fl-inċident meta l-ajruplan kellu jagħmel l-inżul tiegħu bil-magni mitfijin u r-roti mhux imniżżla.

L-ajruplan Airbus 321 tal-Ural Airlines kien fi triqtu lejn Simferopol fil-Krimea meta ntlaqat mill-gawwi ftit wara t-tluq tiegħu, b’riżultat li sofra ħsarat fil-magni.

Il-media Russa ddeskriviet l-inżul bħala miraklu fuq Ramensk, b’referenza għar-raħal li niżel fih l-ajruplan

Il-linja tal-ajru qalet li l-ajruplan ġarrab ħsarat kbar u mhux se jkun jista jkompli jittajjar.

Ikkummenta