Lokali Parlament

Isofri ġrieħi gravi wara inċident fiż-Żurrieq

Raġel ta’ 63 sena minn Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30pm meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Tatamobile 207 misjuq minn raġel ta’ 73 sena residenti ż-Żurrieq u mutur tat-tip Peugeot tweet misjuq minn raġel ta’ 63 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet ir-raġel ta’ 63 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.