It-tniġġis fl-arja jaf ikun ta’ ħsara fuq il-ġisem daqslikieku tpejjep pakkett sigaretti kuljum.
Riċerka li twettqet fl-Università ta’ Washington, fl-Istati Uniti, uriet kif it-tniġġis f’sitt ibliet Amerikani affettwa saħħett iċ-ċittadini.
Ir-riċerka li damet għaddejja fuq mhedda ta’ 10 snin li ħadu sehem fiha 7,071 li l-età tagħhom tvarja bejn il-45 u l-85 sena uriet li l-pulmun tal-maġġoranza tagħhom deher, li minkejja ma jpejpux – kienu donnhom ilhom ipejpu pakkett kuljum għal 29 sena sħaħ.
Fi kliem sempliċi l-fatt li kienu esposti għal żmien twil għat-tniġġis li ssib fl-ibliet u zoni traffikużi inevitabbilment huwa ta’ dannu liema bħalu għal ġisimna u dan, komplew l-esperti, ma jiġix mgħejun mill-mewġiet ta’ sħana li l-globu fl-aħħar snin qed jgħaddi minnhom.
//= $special ?>