It-tfajjel maħbub mill-Maltin u Għawdxin Jake Vella, flimkien mal-kowċ tiegħu Fabio Spiteri ħabbru li ser ikunu qed jieħdu sehem f’għawma mill-Gżejjer ta’ San Pawl sa Buġibba. It-tifel ta’ 10 snin flimkien ma’ Spiteri ser ikunu qed jgħumu ftit inqas minn 2km f’Settembru li ġej.
Dan kollu ser isir sabiex jinġabru donazzjonijiet għall-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati.
Jake huwa ta’ ispirazzjoni għal bosta hekk kif meta kellu 5 snin sar magħruf li jbati minn kundizzjoni rari ħafna magħrufa bħala Rohhadnet Syndrome. F’pajjiżna huwa biss Jake li għandu din il-kundizzjoni iżda xejn ma jaqta’ qalb Jake.
//= $special ?>

