Nick Kyrgios reġa’ jinsab fl-aħbarijiet għal raġunijiet negattivi hekk kif sabbat żewġ racquets u uża kliem dispreġġattiv lejn l-umpire tal-logħba. L-Awstraljan ta’ 24 sena ħareġ mill-court kontra x-xewqa tal-umpire Fergus Murphy wara li tilef it-tieni set.
Hu sabbat żewġ racquets mal-art f’kuridur u fit-tielet set baqa’ jargumenta mal-umpire. Kyrgios tilef 6-7, 7-6, 6-2 kontra r-Russu Karen Khachanov fit-tieni rawnd tal-Masters ta’ Cincinnati. Khachanov li jilgħab kontra Lucas Pouille mal-aħħar 16, qal li Kyrgios għandu talent kbir iżda xi kultant jitlef il-konċentrazzjoni.
Kyrgios kellu argument ma’ dan l-umpire fl-Open ta’ Washington ġimagħtejn ilu u kif ukoll insulta lill-istess uffiċjal fi Queen’s f’Ġunju li għadda. Waqt it-tieni set f’Cincinnati, Kyrgios għamilha ċar li sema’ l-arloġġ li jgħodd is-sekondi bejn il-punti, u tilef il-konċentrazzjoni għaliex argumenta li beda jibda kmieni.
Is-sid numru 27 tad-dinja, kien immultat f’Mejju li għadda wara li xxuttja flixkun, rema r-racquet u tefa’ siġġu qabel ċeda l-logħba f’logħba tal-aħħar set waqt l-Open tal-Italja. F’Ġunju li għadda kien immultat madwar €15,000 u fl-2016 kien sospiż tmien ġimgħat tal-imġieba tiegħu fil-Masters ta’ Shanghai.
//= $special ?>