Lokali

Pellegrinaġġ bil-muturi f’Santa Marija

Għexieren ta’ sewwieqa tal-muturi taw ħadu sehem f’inizjattiva li issa saret tradizzjoni ta’ kull sena – dik tal-pellegrinaġġ bil-muturi fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija li issa daħlet għar-raba’ sena tagħha.

B’risq ALS Malta u Dar Bjorn dan il-pellegrinaġġ li sar propju fil-15 ta’ Awwissu u beda mill-Imġarr għall-ħabta tal-10.00am u ġie fi tmiemu biswit il-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli.

Fost il-muturi kien hemm mudell partikolari li spikka, mutur li kien parti mill-Forzi tal-Pulizija tas-sena 1947.

Is-sewwieqa tal-muturi ngħataw tifkira kif ukoll ġew mbierka l-muturi tagħhom qabel ma telqu, mill-Arċipriet tal-Imġarr u mal-wasla tagħhom, mill-Arċipriet ta’ Ħad-Dingli.

Filwaqt li Bjorn Formosa rringrazzja lil kull min ta sehem f’din l-attività, is-somma miġbura kienet dik ta’ aktar minn €1,200.