Sparatura oħra fl-Istati Uniti ħalliet 6 membri tal-korp tal-Pulizija ta’ Philadelphia midruba hekk kif raġel fetaħ in-nar fuqhom għall ħabta tal-4.30 ta’ wara nofsinhar ħin lokali.
Dak il-ħin il-Pulizija kienu qed iservu mandat ta’ tfittxija f’dar f’Nicetown-Tiago meta r-raġel armat fetaħ in-nar.
Il-Pulizija rrispondew għall-attakk billi rritaljaw u fetħu n-nar – ġlieda li damet ftit tal-minuti sew sakemm ir-raġel fl-aħħar ċeda.
Jidher li tul l-inċident kien hemm ukoll numru ta’ persuni maqbuda fid-dar li rnexxielhom jinħelsu minn SWAT Team waqt l-attakk. Sorsi fi ħdan il-Pulizija qalu li uffiċjali tagħhom li spiċċaw maqbuda fir-residenza kienu qed jippruvaw iżommu nies allegatament involuti fi traffikar ta’ drogi.
//= $special ?>