l-aħwa Bettina u Philippa Cassar, magħrufa aħjar bħala The New Victorians, jinsabu Edinburgh fl-Iskozzja.
Dan il-filmat juri lil The New Victorians fuq program popolari fl-Iskozzja li jixxandar fuq l-istazzjon BBC tal-istess pajjiż… ikantaw Lie Liar.
F’Edinburgh, Bettina u Phillipa, quddiem udejnzi kbar qed jagħmlu xow bl-isem ‘Mara’, parti mit-tour tagħhom barra minn xtutna… fil-King Dome f’Pleasance Dome fejn apparti isem għalihom infushom, bla dubju qed jagħmlu isem għal Malta.
Saħansitra, dan ix-xow, li jgħaqqad l-ikbar avvinementi tul l-istorja li fihom kienu nvoluti n-nisa u l-iktar nisa importanti tal-istorja, akkumpanjat mill-mużika elettronika.. b’appell lill-nies, biex ikissru s-silenzju u jħeġġu lil oħrajn biex jaqsmu l-istejjer tagħhom, irċieva ħafna kummenti pożittivi, fosthom erba’ stillel mis-sit ‘The Wee Review’ li ddesrivih bħala xow inventiv.
Tkellimna ma’ Bettina u Philippa dwar din l-esperjenza… segwi aktar fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Net News.
//= $special ?>