Tilef ħajtu r-raġel ta’ 60 sena mill-Bożnija-Ħerżegovina li lbieraħ ttella’ mill-baħar mitluf minn sensih. Ir-raġel kien sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum fl-akwati ta’ Fra Ben fil-Qawra.
Huwa kien joqgħod San Pawl il-Baħar u ntlemaħ f’diffikultà għall-ħabta tal-5.15pm.
Huwa kien ittella’ l-art minn żewġ persuni li nzertaw fuq il-post u li rawh f’diffikultà fil-baħar. Fuq il-post wasal ukoll tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>