Il-kowċ ta’ Barcelona Ernesto Valverde għażel li ma jiħux sogru fuq Lionel Messi li mhux fl-aħjar kundizzjoni u b’hekk mhux se jkun fl-iskwadra ta’ Barcelona li llum se tiftaħ La Liga kontra Athletic Bilbao.
L-aqwa skorer fl-istorja tal-klabb weġġa’ l-pexxun fit-taħriġ qabel it-tour tal-Istati Uniti u għadu ma rritornax b’mod komplet għat-taħriġ. Filmati mit-taħriġ tal-bieraħ urew lil Messi jżid il-veloċità f’taħriġ individwali fuq ir-ramel iżda Valverde qal li m’hemmx ċans li jilgħab bil-kundizzjoni fiżika ta’ Messi.
Valverde qal li għalkemm hu kuntent bil-progress tiegħu kompla li t-taħriġ individwali hu differenti milli wieħed jilgħab logħba. Il-logħba ta’ Barcelona kienet konfermata biss ġimgħa ilu wara li każ fil-qorti bejn il-Federazzjoni Spanjola u l-organizzazzjoni li torganizza l-kampjonat dwar il-logħob skedat barra tmiem il-ġimgħa.
La Liga
Illum: A. Bilbao v Barcelona 9.00pm
Bundesliga
Illum: Bayern Munich v Hertha Berlin 8.30pm
//= $special ?>