Lokali

Diversi persuni arrestati wara argument fix-Xatt ta’ Tas-Sliema

Numru ta’ persuni ġew arrestati wara ġlieda li seħħet tard bil-lejl f’Tas-Sliema. Il-ġlieda seħħet għal ħabta tal-10pm.

Net News hu infurmat li fi Triq ix-Xatt issejħu xejn anqas minn 8 units tal-Pulizija, bl-uffiċjali tal-RIU jimmanetjaw lill-persuni involuti.

Allegatament jidher li l-argument żviluppa fuq dghajsa.

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Wiehed mill-persuni arrestati