Sport Sport Ieħor

Erba’ plejers Maltin se jipparteċipaw fil-Kampjonat tad-Dinja tal-Bowling

Mark Spiteri, Dennis Mercieca, Kenneth Arpa u Steve Cassar ġew magħżula biex jieħdu sehem fil-Kampjonat tad-Dinja tal-Bowling f’Las Vegas. Dan il-kampjonat li se jsir bejn it-2 u l-10 ta’ Settembru, jinkludi 162 raġel u 106 nisa minn 42 pajjiż differenti.

Fost dawk li se jieħdu sehem se jkun hemm uħud mill-aqwa plejers professjonali fosthom Walter Ray Williams Junior u Parker Bohn III. Il-plejers Maltin se jieħdu sehem fil-kategoriji tal-individwali, id-doppji, l-All Events u l-Masters.

Dawn l-erba’ plejers ntgħażlu hekk kif spiċċaw fl-ewwel pożizzjonijiet skont kriterji magħżula mill-assoċjazzjoni bbażata fuq il-logħob fil-kampjonat, tournaments u kampjonati nazzjonali. Spiteri se jkun il-kowċ tat-tim Malti waqt din l-edizzjoni. L-ewwel logħob se jkunu mill-kategoriji individwali.

Tags