Sport Sport Ieħor

Etienne Bonello u Marie Claire Aquilina jerġgħu jirbħu l-kategoriji elite u tan-nisa

Iż-żewġ ċiklisti ta’ Team Greens Etienne Bonello u Marie Claire Aquilina reġgħu rebħu l-kampjonati nazzjonali tat-time trials fil-kategoriji tagħhom. Bonello rebaħ il-kampjonat wara li rebaħ fit-tlielaq tal-Imrieħel u l-Imtarfa filwaqt li spiċċa r-raba’ fil-Miżieb. Aquilina assigurat il-kampjonat wara li rebħet it-tliet tlielaq biex spiċċat b’punti massimi.

Il-kategorija l-ġdida ta’ taħt it-23 sena ntrebħet mill-Għawdxi Brandon Sultana ta’ Gozo Cycling Club. Hu rebaħ it-tellieqa f’Tal-Miżieb u t-tieni fl-Imrieħel u l-Imtarfa. Luke Borg ta’ The Cyclist rebaħ il-kampjonat tal-Juniors wara li rebaħ it-tliet tlielaq kollha.

Il-kategorija tal-Masters ta’ aktar minn 40 sena ntrebħet minn Ivan Zammit ta’ Birkirkara St Joseph b’rebħa fl-Imrieħel u l-Imtarfa kif ukoll temm it-tieni fil-Miżieb. Il-kampjonat tal-Masters ta’ aktar minn 50 sena ntrebaħ miċ-ċiklist ta’ Mosta AF Sign Studio Kevin Muscat li rebaħ it-tellieqa tal-Imrieħel.

L-ewwel post fl-Imtarfa u t-tieni post fl-Imrieħel u l-Miżieb kienu biżżejjed biex Matthew Galea Pirotta ta’ Mosta AF Sign Studio jirbaħ il-kampjonat maskili ta’ taħt is-16-il sena. Fil-kategorija femminili, Christina Spiteri ta’ The Cyclist spiċċat l-ewwel fit-tlett itlielaq.

Miguel Galea ta’ The Cyclist kiseb it-tliet rebħiet biex temm l-ewwel fil-kategorija maskili ta’ taħt l-14-il sena. L-istess għamlet Hannah Dandria ta’ Mosta AF Sign Studio fil-kategorija femminili. Il-kampjonati kienu organizzati mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu.

Klassifika Ġenerali

Kategorija Elite:1. Etienne Bonello (Team Greens) 555 punt, 2. Christian Formosa (The Cyclist) 460 punt, 3. Clive Bugeja (Mosta AF Sign Studio) 420 punt

Kategorija tan-nisa:1. Marie Claire Aquilina (Team Greens) 600 punt, 2. Lara Buttigieg (Team Greens) 525 punt, 3. Michelle Vella Wood (Team Greens) 450 punt

Kategorija ta’ taħt it-23 sena:1. Brandon Sultana (Gozo Cycling Club) 550 punt, 2. Bernard Sant (Mosta AF Sign Studio) 540 punt, 3. Carl Xuereb (Mosta AF Sign Studio) 455 punt

Kategorija tal-Juniors:1. Luke Borg (The Cyclist) 600 punt, 2. Sean Enriquez (Mosta AF Sign Studio) 485 punt, 3. Max Zammit (Mosta AF Sign Studio) 480 punt

Kategorija tal-Masters 40+: 1. Ivan Zammit (Birkirkara St Joseph SC) 575 punt, 2. Malcolm Cachia (The Cyclist) 485 punt, 3. Nicholas Schembri (Mosta AF Sign Studio) 470 punt

Kategorija tal-Masters 50+: 1. Kevin Muscat (Mosta AF Sign Studio) 200 punt, 2. Joseph Zammit (Team Greens) 175 punt

Kategorija tal-irġiel ta’ taħt is-16-il sena:1. Matthew Galea Pirotta (Mosta AF Sign Studio) 550 punt, 2. Jacob Schembri (Mosta AF Sign Studio) 530 punt, 3. Leon Aquilina (Mosta AF Sign Studio) 400 punt

Kategorija tan-nisa ta’ taħt is-16-il sena:1. Kristina Spiteri (The Cyclist) 600 punt

Kategorija tas-subien ta’ taħt l-14-il sena:1. Miguel Galea (The Cyclist) 600 punt, 2. Luca Vella (Birkirkara St Joseph SC) 485 punt, 3. Jaeken Galea (Mosta AF Sign Studio) 330 punt

Kategoriji tal-bniet ta’ taħt l-14-il sena: 1. Hannah Dandria (Mosta AF Sign Studio) 600 punt, 2. Valentina Soler (Mosta AF Sign Studio) 350 punt