Lokali

Id-Dinglin bl-aħħar tħejjijiet għall-festa

Jumejn qabel il-festa ta’ Santa Marija, li d-Dinglin jiċċelebraw nhar il-Ħadd, jonqos biss l-aħħar ftit irbit u armar, u kollox ikun lest.

Ir-riħ li ħakem lil pajjiżna fl-aħħar jiem fisser li dawk involuti fl-armar kellhom ibiddlu l-pjanijiet tagħhom biex jieħdu ħsieb kemm l-armar kif ukoll dawk involuti.C

Netnews.com.mt mar Ħad-Dingli u stajna naraw l-aħħar preparamenti, fejn fost l-oħrajn kienu qed jintramaw il-bandalori. 12-il bandalora li juru xeni mill-ħajja tal-Madonna.

Il-qofol tal-festa f’Ħad-Dingli jintlaħaq il-Ħadd meta toħrog il-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna, fejn din is-sena, għat-tieni sena konsekuttiva, l-abbatini se jkunu qed jarmaw infjorata fuq iz-zuntier li minn fuqha tgħaddi l-purċissjoni.C

Jgħaddi l-Ħadd u jkun għadda kollox. Ikun jonqos biss li jerġa’ jiżżarma kollox, ħafna drabi mill-istess nies li jkunu qattgħu is-sigħat jarmaw.

Festa ma tkunx festa mingħajr l-għexieren ta’ volontiera, fothom gruppi tal-armar imma wkoll baned, gruppi tan-nar, in-nies li jieħdu ħsieb l-armar ta’ ġewwa l-Knisja u ħafna oħrajn.

Nies li mingħajrhom, il-festa ma ssirx.