Lokali

Il-bajja tal-Għadira tinbidel f’kunċert ta’ Rockestra

Kunċert żgħir ta spettaklu u togħma ta’ dak li se jseħħ f’Rockestra fit-28 ta’ Settembru li ġej b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Il-Ġimgħa filgħodu l-persuni li kienu fil-bajja tal-Għadira saru udjenza għal spettaklu li kien jinvolvi ħelikopter, u anki numru ta’ jet skis.

Għall-bidu l-ħelikopter qajjem tħassib lil dawk preżenti, iżda wara ftit mumenti  l-ħelikopter deher idur fuq il-bajja, struttura li kienet armata fuq ir-ramel inkixfet, u deher palk.

Minnufih bdiet esebizzjoni minn band, u sar magħruf li din hija promozzjoni għall-festival Rockestra, bis-sehem ta’ 20 mużiċist mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.

Il-mużiċisti kienu taħt id-direttur mużikali Sigmund Mifsud, filwaqt li d-direzzjoni artistika tinsab f’idejn Paul Borg Bonaci.