Sport Sport Ieħor

Imut l-eks ċiklist Taljan Felice Gimondi

(Ritratt: Gian Mattia D'Alberto/lapresse)

L-isport Taljan jinsab f’luttu hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Felice Gimondi fl-età ta’ 76 sena. Hu kien f’vaganza mal-familja hekk kif kien il-mistieden tal-lukanda Giardini Naxos f’post turistiku qrib Taormina. Jidher li Gimondi ma ħassux tajjeb waqt li kien fil-kamra tal-banju u rapporti fil-media Taljana rrappurtaw li probabbilment miet b’attakk ta’ qalb.

Gimondi hu wieħed mis-seba’ ċiklisti li rebħu t-tliet Tours il-kbar. Hu rebaħ il-Giro d’Italia tliet darbiet fl-1967, fl-1969 u fl-1976, it-Tour de France fl-1965, La Vuelta fl-1968 kif ukoll il-Kampjonat tad-Dinja fl-1973. Hu għamel 15-il sena bħala ċiklist professjonali 141 tellieqa. Wara li rtira, Gimondi kien Direttur Sportiv tat-tim Gewiss-Bianchi fl-1988 u fl-2000 kien President ta’ Mercatone Uno-Albacom, it-tim tal-mibki Marco Pantani.