Dalgħodu ngħata l-aħħar tislima lil Nadia Toffa – li kienet ilha xhur tissielet il-marda tal-kanċer.
It-tebut abjad ta’ Toffa, miksi ward abjad wasal fil-pjazza ta’ Brescia eżatt qabel l-10:30. Mal-wasla tiegħu, it-tebut intlaqa’ minn applawż twil tal-mijiet ta’ nies li nġabru mill-Italja kollha biex jagħtuha l-aħħar tislima.
Nadia Toffa, li kellha 40 sena, tibqa’ mfakkra bħala l-ġurnalista ta’ Le Iene li produċiet uħud mill-aqwa servizzi għat-televiżjoni, rappurtaġġ investigattiv minn madwar id-dinja, u intervisti f’postijiet li qatt ħadd ma kien joħlomhom qabel.
Hi kienet ilha marida minn Diċembru tal-2017. Iżda f’dan il-perjodu, dejjem kienet ta ispirazzjoni għal min kien għaddej mill-istess marda li kellha hi. Jispikkaw fuq kollox il-messaġġi ta’ pożittività li kienet tgħaddi – biex il-ħajja titgawda, nitbissmu u nħobbu lil ta’ madwarna. Din kienet Nadia Toffa; sors ta’ enerġija u kuraġġ għal min qed jaffaċja l-marda tal-kanċer.
//= $special ?>