Internazzjonali

Trump irid laqgħa mal-President taċ-Ċina

Ritratt; Politico

Il-President Amerikan Donald Trump propona indirettament laqgħa mal-President Ċiniż Xi Jingping għal diskussjonijiet dwar il-kriżi politika f’Hong Kong.

Fi tweet, il-President Trump qal Xi Jingping waħdu ma jistax isolvi l-kriżi ta’ Hong Kong.

Rabat din mal-kwistjoni li l-Istati Uniti u ċ-Ċina għandhom bejniethom bħalissa dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta’ prodotti Ċiniżi fl-Istati Uniti, u implika li parti mir-raġuni għall-protesti f’Hong Kong jistgħu jkunu bi protesta għall-kwistjoni taċ-Ċina mal-Istati Uniti.

Tags