Lokali

Żewġ vetturi jieħdu n-nar f’garaxx f’Ħad-Dingli

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident meta karozza ħadet in-nar fi Triq il-Kbira f’Ħad-Dingli f’garaxx residenzjali tul dan il-lejl għall-ħabta tal-11.45pm. B’kawża ta’ dan, il-vettura l-oħra li kien hemm fil-garaxx ħadet in-nar ukoll.

Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni fejn mill-ewwel stħarriġ deher li fil-garaxx kien hemm żewġ vetturi li waħda minnhom ħadet in-nar.

Il-pulizija infurmawna li għal xi ħin l-akwati tal-imsemmija t-triq kienu bla dawl biex il-Protezzjoni Ċivili jkunu jistgħu jitfu n-nar.

Għadu mhux magħruf x’ikkawża dan l-inċident.