Lokali

Appell biex tissaħħaħ ir-riserva tad-demm

Wara li fl-aħħar ġimgħat il-livelli tad-demm kienu f’qagħda kritika, in-nies irrispondew b’mod pożittiv għall-appell tal-bank tad-demm hekk kif mal-400 ruħ taw id-donazzjoni tagħhom.

Ir-riservi tal-bank issa ma jinsabux f’livelli baxxi ħafna, iżda minħabba l-fatt li qed isiru diversi inċidenti minn ġurnata għal oħra, il-bank qed jappella għal aktar donazzjonijiet ta’ demm sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu ma’ dawn l-inċidenti u jkomplu jissaħħu r-riservi.

NET News tkellem ma’ Tony Micallef li spjega s-sitwazzjoni fil-bank tad-demm. CHu tkellem ukoll dwar kif il-Festa ta’ Santa Marija fl-Imġarr u Ħad Dingli wasslet għal ammont kbir ta’ donazzjonijiet, ferm aktar milli mistenni. Dan minħabba l-fatt li fl-okkażjoni ta’ din il-festa kbira, il-bank tad-demm jiftaħ postijiet temporanji għall-għoti tad-demm.

Numru ta’ donaturi tkellmu magħna fejn spjegawlna kemm iħossuhom kburin li huma parti minn kontribut nazzjonali li jwassal biex jissalvaw ħajjet bosta nies.C

Għada, fil-Qawra, se jkun qed jinfetaħ unit temporanju għall-għoti tad-demm filwaqt li f’Għawdex ikun miftuħ ukoll iċ-ċentru tad-demm.