Internazzjonali

Arrestat tifel b’rabta ma’ qtil ta’ Pulizija ta’ 28 sena

Tifel ta’ 13-il sena qed jinżamm arrestat flimkien ma’ disgħa oħra b’rabta mal-qtil ta’ Andrew Harper, uffiċjal tal-Pulizija Brittaniku li nqatel waqt il-qadi ta’ dmirijietu.

Il-każ seħħ f’Berkshire hekk kif il-vittma ta’ 28 sena ssejjaħ fuq il-post fejn kienet qed isseħħ serqa. Kien hawnhekk li ż-żagħżugħ ttajjar minn vettura misjuqa allegatament minn wieħed mill-ħallelin.

Filwaqt li Harper kien għadu kemm iżżewweġ 4 ġimgħat ilu biss – bosta spiċċaw xxokkjati u bla kliem għal dak li ġara. Il-Prim Ministru Boris Johnson insista li l-Uffiċjali tal-Pulizija għandhom is-sostenn kollu tiegħu u jinsab iddiżgustat b’dan l-aġir fil-konfront ta’ min qed iforni sigurtà lill-pajjiż.