Lokali

Franċiż ta’ 24 sena fil-periklu tal-mewt wara li ħabat rasu ma’ dgħajsa

Franċiż ġarrab ġrieħi serji wara li li ħabat rasu ma’ dgħajsa. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sitta fil-Bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan.

Il-Pulizija marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li Franċiż ta’ 24 sena, ftit qabel kien allegatament pprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għal ġol-baħar, meta dan ħabat rasu mal-imsemmija dgħajsa.

Il-vittma ġie mtella’ l-art u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika permezz ta’ ambulanza, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret inkjesta maġisterjali. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.