Lokali

Il-PN jsellem il-memorja tal-iskultur Ġianni Bonnici

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista f’isem il-Kelliema tal-Oppożizzjoni dwar il-Midja, l-Kultura u l-Identità Nazzjonali, Theresa Comodini Cachia, sellem il-memorja tal-iskultur Ġianni Bonnici li miet f l-età ta’ 86 sena.

Ġanni Bonnici jibqa’ mfakkar bħala ċeramista u skultur, li b’ħila kbira juża materjal differenti u li l-bniedem li ntroduċa t-tagħlim taċ-ċeramika għall-ewwel darba fl-iskejjel statali wara li studja barra minn xtutna. Ix-xogħlijiet tiegħu fit-terrakotta, ċeramika, ġebel, bronz, irħam u konkrit jinsabu fid-djar privati, f’postijiet pubbliċi u fi Knejjes.

Dan apparti monumenti mill-isbaħ bħall-monument majestuz tal-Indipendeza fil-Floriana, f’kompożizzjoni oriġinali li tesprimi l-moviment u enerġija.

Ġianni Bonnici ngħata Ġieħ il-Mosta fl-199 u fl-2002 irċieva l-unur prestiġjuż ta’ Membru tal-Ordni Nazzjonali Għall-Mertu mill-President ta’ dak iż-żmien, Guido de Marco. Ġanni Bonnici kien miżżewweġ lil Pauline u kellu żewġt itfal. Il-Partit Nazzjonalista jagħti l-kondoljanzi lill-familja u l-qraba.