Lokali Qorti

Jitressqu l-Qorti fuq pussess ta’ droga

Żewġ żgħażagħ Ingliżi tressqu l-Qorti akkużati b’pusses ta’ droga li kollox qed jindika li ma kinetx għall-użu personali tagħħhom.

Bħala evidenza fil-Qorti ġew preżentati madwar sitt grammi u nofs ħaxixa tal-kannabis, madwar nofs gramma kokaina kif ukoll mal-€225 fi flus kontanti.

Filwaqt li Samuel Hall ta’ 23 sena ammetta l-akkużi miġjuba kontrih huwa ġie ordnat mill-Qorti jħallas multa ta €750 u sussegwentament tinqered id-droga esebita u l-flus jingħaddu lill-Gvern Malti.

Madanakollu, Ralph Harry Anthony, ta’ 21 sena, ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u nżamm taħt arrest wara li l-avukat tal-għajnuna legali ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.