Lokali

Nirien jaħkmu l-kamra tan-nar ta’ San Ġużepp

Għall-ħabta tas-01:30 ta’ dalgħodu nstema’ ħoss qawwi mill-kamra tan-nar ta’ San Ġużepp f’Ħal Għaxaq. Ħoss li kien ikkaġunat minn splużjoni ta’ nar.

Fuq il-post marru minnufih membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li għamlu tfittxija intensiva fil-viċinanzi tal-kamra tan-nar sabiex jaraw x’kien il-kaġun ta’ dan in-nar u jekk kienx hemm xi nies involuti f’dan l-inċident.

Fuq il-post marru wkoll Membri tal-Explosive Ordinance Department tal-Forzi Armati sabiex ineħħu xi periklu li kien hemm minħabba splussiv. Issejħet ukoll ambulanza bħala prekazjoni għal dak li jista’ jinqala.

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

F’post fuq facebook l-Għaqda Mużikali San Ġużepp Ħal Għaxaq irringrazzjat lill-Korp tal-Pulizija, lill-Forzi Armati u lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-intervent immedjat tagħhom.