Internazzjonali

Titħabbar il-mewt ta’ Peter Fonda

Peter Fonda, l-istilla u l-kittieb Amerikan miet f’daru f’Los Angeles fl-età ta’ 79 sena.

Huwa kellu kanċer fil-pulmun fejn il-familja tiegħu ħabbret li Fonda tilef il-battalja mal-kanċertwara li kellu problemi respiratorji.

Peter Fonda jibqa’ mfakkar l-iżjed għall-kitba u l-produzzjoni tal-mużika tal-film Amerikan Easy Rider li ħareġ lejn tmiem is-snin sittin. Il-film li kien għamel hit fost iż-żgħażagħ ta’ dak iż-żmien.

Peter Fonda kien veteran fil-familja Hollywood, dan hekk kif kien jiġi ħu Jane Fonda, kif ukoll iben l-attur Henry Fonda, u missier Bridget, li kienet ukoll attriċi.