Internazzjonali

Aktar minn 60 maqtula waqt tieġ

Bomba li splodiet waqt riceviment ta’ tieġ fil-kapitali Afgana Kabul, ħalliet s’issa 63 mejta u feriet iktar minn 182.

Rapporti internazzjonali qed jgħidu li terrorista suwuċida sploda lilu nnifsu waqt iċ-ċerimonja tat-tieġ.

L-ispluzjoni seħħet ilbieraħ għall-ħabta tal-10.40pm ħin lokali f’żona fil-lvant tal-pajjiż fejn fil-maġġoranza tagħhom huma Musulmani Shia.

Skont wieħed mill-mistiedna li kien f’dan it-tieġ, fl-istess ċerimonja kien hemm 1,200 persuna.

It-Talibani ċaħdu li huma wara l-attakk u s’issa ħadd ma ħa r-responsabbilità ta’ dak li ġara.